Inter huma rappurtati li se jagħtu spinta ġdida għal Paulo Dybala hekk kif Roma qed ikomplu jmexxu t-taqtiegħa għall-firma tal-attakkant Arġentin.
It-taqtiegħa għall-firma tal-player ta’ 28 sena qed tibda tisħon hekk kif is-suq tat-trasferimenti tas-sajf għaddej ġmielu, bil-player anzjuż li jiskopri liema club se jkun qed jilgħab miegħu fl-istaġun li ġej.
Kif innutat, Inter għadhom mhumiex ħerqana li jċedu fuq Dybala u huma lesti li jagħmlu mossa ġdida għalih fil-jiem li ġejjin, iddisprati li jżiduh mal-iskwadra ta’ Simone Inzaghi. Għalissa, Roma għadhom qed imexxu t-taqtiegħa biex jiksbu lill-eks attakkant ta’ Palermo u Juventus, b’Napoli warajhom. Għaldaqstant jidher li Dybala se jibqa’ jilgħab fl-Italja.