Inter fetħu beraħ il-Kampjonat Taljan meta għelbu lil-leaders Napoli bl-iskor ta’ 1-0 biex temmewlhom ukoll ir-rekord ta’ mingħajr telfa.
In-Nerazzurri bdew din il-logħba fi żvatnaġġ ta’ 11-il punt mill-istess Napoli u għaldaqstant din ir-rebħa tagħtihom impetus ġdid biex jisfidaw għal post mal-ewwel erbgħa.
Huma kellhom lil Marcelo Brozovic u Lautaro Martinez neqsin iżda Romelu Lukaku kellu l-ewwel bidu tiegħu mis-26 ta’ Awwissu.
Il-waqfa tat-Tazza tad-Dinja ħalliet effett negattiv fuq Napoli li ma wrewx l-istess ritmu u f’xi mumenti dehru wkoll staġnati.
L-uniku goa tal-partita wasal fis-56 minuta minn daqqa ta’ ras ta’ Edin Dzeko li kkonklud mill-cross ta’ Henrikh Mkhitaryan.
Napoli resqu viċin minn tentattiv ta’ Kvicha Kvaratskhelia li ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka wara azzjoni personali.