Inter qed ifittxu aktar żgħażagħ sabiex ikomplu jsaħħu lit-tim u jibnu aktar bażi għall-futur. Huma qed isegwu b’atttenzjoni għad-difensur ta’ 18-il sena Juma Bah. Dan tal-aħħar hu plejer oriġinarju minn Sierra Leone u li bħalissa jinsabu misluf ma’ AIK Freetong mingħand Valladolid fi Spanja.
Bah hu kkunsidrat bħala plejer b’personalita’ mill-aqwa speċjalment fid-difiża fejn jispikka mhux ftit minħabba l-personalita u l-fiżika li għandu. Il-kowċ Simone Inzaghi rah fl-azzjoni u ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għalih.