Inter qed jikkontemplaw li jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Manchester United, Anthony Martial, fis-sajf.
Il-player ta’ 26 sena bħalissa jinsab misluf mal-club tal-La Liga Sevilla sa tmiem l-istaġun, wara li tħabat biex jipi utilizzat f’Old Trafford.
Martial diġà skorja goal u pprovda assist f’erba’ dehriet għat-team Spanjol iżda ma kienx utilizzat minħabba injury fid-draw ta’ 1-1 kontra Espanyol fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Inter qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni ta’ Martial u se jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-Franċiż dan is-sajf.
Huma qed jistennew li Alexis Sanchez, li qed jaqla’ madwar €7m f’pagi fis-sena, iħalli l-club, filwaqt li l-attakkant Lautaro Martinez jista’ jinbiegħ ukoll fost interess rappurtat mill-Premier League.
Inter identifikaw ukoll lill-attakkant ta’ Lille Jonathan David bħala mira potenzjali, iżda bħalissa Martial qed jiġi kkunsidrat serjament min-Nerazzurri.