Sunday, January 5, 2025

Inter jilħqu ftehim biex jiffirmaw lil Marko Arnautovic

Aqra wkoll

Inter laħqu ftehim ma’ Bologna biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Awstrijak, Marko Arnautovic, bil-pakkett kollu jkun jiswa €10 miljun 

Il-pakkett huwa maħsub li huwa mill-inqas €8 miljun huma fi flus kontanti filwaqt li €2 miljuni l-oħra huma ma’ bonusijiet relatati mal-prestazzjoni tal-player ta’ 34 sena.

Is-salarju tiegħu se jkun ta’ €2 miljun kull staġun inklużi bonuses, liema kuntratt se jdum għal sentejn.

Dan it-trasferiment se jqajjem ftit dubju fost il-partitarji ta’ Inter, speċjalment wara li l-istrateġija tal-club kienet il-mira għal players żagħżagħ. 

Ida Medhi Taremi  jiswa €30 miljun mingħand FC Porto u Arsenal riedu €50 miljun għal Folarin Balogun, u għalhekk Arnautovic jibqa’ alternattiva relattivament irħisa, anke għall-età tiegħu.

Ekonomija

Sport