Saturday, November 23, 2024

Inter jirreġistraw telf ta’ €245.6 miljuni

Aqra wkoll

L-azzjonisti ta’ Inter approvaw ir- riżultati għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta’ Ġunju 2021 b’telf ta’ €245.6 miljuni, bi kważi nofshom min­ħabba l-pandemija tal-Covid-19.

“Il-F.C. Internazionale Milano S.p.A., Laqgħa tal-Azzjonisti, li saret permezz ta’ konferenza bil-vidjo, approvat ir-riżultati finanzjarji tal-2020/21, li ntlaqtu b’mod sinifikanti għat-tul kollu tal-istaġun mill-effetti tal-pandemija tal-Covid-19,” qal il-club fi istqarrija uffiċjali.

“Is-sena rat dħul konsolidat ta’ €364.7 miljun u telf ta’ €245.6 miljuni. L-impatt tal-Covid-19 kien ta’ madwar €110 miljun: madwar €70 miljun minħabba n-nuqqas sħiħ ta’ dħul mill-ġurnata wara l-għeluq tal-grounds u madwar €40 miljun minħabba t-tnaqqis fil-kuntratti ta’ sponsorships minħabba li l-club ma setax jipprovdi benefiċċji u tnaqqis tal-imsieħba fin-negozju. €30 miljun oħra kienu dovuti għat-terminazzjoni ta’ kuntratti sportivi.

“Wara li waslu fit-tmiem tat-termini rispettivi tagħhom, il-Bord tad-Diretturi u l-Bord tal-Awdituri ta’ Internazio­nale Milano S.p.A ġew maħtura mill-ġdid għall-mandat ta’ tliet snin oħra, 2021-2024.”

“Ir-rebħ tad-19-il Scudetto tagħna huwa kisba u premju memorabbli għax-xogħol mill-aqwa li sar mit-team u minn kulħadd fil-club, kif ukoll il-passjoni inkredibbli li wrew il-partitarji Nerazzurri, li kienu ilhom jistennew dan il-mument 11-il sena,” qal il-president ta’ Inter, Steven Zhang.

 “Imxejna ħafna minn meta ħadna f’idejna dan il-club fl-2016: Inter saru club globali, ta’ suċċess u innovattiv konness mal-ġenerazzjonijiet il-ġodda madwar id-dinja.

“Il-ħidma u l-impenn tagħna jintwerew fir-riżultat, il-club reġa’ rebaħ b’viżjoni definittiva u  b’mod ċar. Fi ħdan il-kuntest ekonomiku u soċjali straordinarju maħluq mill-pandemija, l-istabbiltà finanzjarja u s-sostenibbiltà tal-club u ż-żamma tat-team ta’ sfida fl-ogħla livell huma l-punti fokali tal-istrateġija tagħna. Peró irridu nibqgħu naħdmu.”

Sport