Skond rapporti fil-media Taljan, Inter jistgħu jneħħu lill-attakkant tagħhom Romelu Lukaku li ftit qed ikun effettiv quddiem il-lasti. Dan il-plejer jinsab misluf ma’ Inter mingħand Chelsea u fil-partita tas-Sibt li għadda li i Nerazzurri lagħbu kontra Fiorentina u li tilfu 1-0, l-attakkant Belġjan naqas milli jiskorja mqar xi gowl. Ħin minnhom hu falla ballun faċli quddiem il-lasta u dan ġab l-għadab tal-partitarji ta’ Inter.
Min-naħa tiegħu, Lukaku jixtieq jibqa’ iżda d-diriġenti tal-klabb qed isaqsu bejnhom u bejn ruħhom jekk jaqblilhomx jagħmlu dan.