Inter qed jaħsbuha li jġibu magħhom lil Adrien Rabiot li bħalissa hu aġent ħieles. Dan il-plejer Franċiż għandu 29 sena u għadu ġej minn perjodu ta’ ħames snin ma’ Juventus fejn lagħab 157 partita u skorja 18-il gowl.
Id-diriġenti Interisti qed iħarsu lejn din il-possibbilta’ sabiex iżidu midfielder ieħor ċentrali bit-tim li se jkun impenjat f’diversi kompetizzjonijiet.
Fil-passat, Rabiot lagħab ukoll ma’ Paris St Germain u Toulouse.