Saturday, December 21, 2024

Inter jridu jbiegħu lil Christian Eriksen

Aqra wkoll

Christian Eriksen potenzjalment qed jiffaċċja t-tmiem tal-karriera tiegħu wara li Inter żvelaw li jridu jbigħuh hekk kif huwa pprojbit milli jilgħab fl-Italja b’defibrillator impjantat.

Eriksen ġie mgħammar b’defibrillator cardioverter impjantabbli (ICD) wara li sofra arrest kardijaku waqt li kien qed jilgħab għad-Danimarka kontra l-Finlandja fil-Euro 2020 f’Ġunju, biex jirregola kwalunkwe tibdil ulterjuri fit-taħbit tal-qalb tiegħu.

Ir-regoli tas-Serie A jipprevjenu players milli jilagħbu f’logħob kompetittiv b’defibrillator, jiġifieri tluq minn ma’ Inter huwa kważi ċert, iżda Eriksen jista’ teoretikament ikompli l-karriera tiegħu f’pajjiż ieħor.

L-Italja tipprojbixxi players kemm fil-livell tad-dilettanti kif ukoll dawk professjonali milli jikkompetu jekk ikollhom xi anormalitajiet sinifikanti fil-qalb, u Francesco Braconaro, membru tal-kumitat xjentifiku tekniku tal-FA Taljana, żvela li d-Daniż irid jitneħħielu d-defibrillator biex jerġa’ jilgħab fil-football Taljan, għax jekk dan isir juri li hu ma jkollux aktar problemi tal-qalb.

Id-difensur ta’ Ajax Daley Blind, pereżempju, kien ukoll mgħammar b’ICD wara li ġie djanjostikat b’infjammazzjoni fil-muskoli tal-qalb, iżda kompla jilgħab għaċ-champions tal-Eredivisie, kif ukoll internazzjonalment għall-Olanda.

Id-dehra ta’ Eriksen mal-art fil-ground ħasdet lid-dinja waqt it-tournament tal-Kampjonat Ewropew dan is-sajf. Il-players tad-Danimarka daru ma’ Eriksen biex ma setax jidher waqt li kien qed jipi medikat fil-ground.

Il-Captain tad-danimarka Simon Kjaer, li kkomforta lis-sieħba ta’ Eriksen Sabrina, u r-referee Ingliż Anthony Taylor ġew imfaħħra għar-rispons rapidu u empatetiku tagħhom wara dan l-avveniment traġiku.

Ekonomija

Sport