Friday, December 13, 2024

Inter m’għandhom l-ebda pjan li jħallu lill-attakkant Lautaro Martinez jitlaq mill-club

Aqra wkoll

Inter m’għandhom l-ebda pjan li jħallu lill-attakkant Lautaro Martinez jitlaq lill-club dan is-sajf, fost interess minn clubs bħal Arsenal.

Il-player ta’ 24 sena kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ‘il bogħod minn San Siro, b’numru ta’ clubs fosthom il-Gunners, Manchester United u Atletico Madrid maħsub li rreġistraw l-interess tagħhom fih.

Madankollu, l-aġent tal-player dan l-aħħar issuġġerixxa li l-klijent tiegħu mhux qed ifittex trasferiment dan is-sajf u huwa kuntent li jilgħab ma’ Inter l-istaġun li ġej.

Jidher li n-Nerazzurri huma ħerqana li jżommu lil Martinez minkejja li jista’ jkollhom bżonn ibiegħuh għal ammont sostanzjali ta’ flus kbar biex jilħqu l-miri finanzjarji tagħhom.

Jidher li l-attakkant mhux se jfittex li jisforza li jħalli lil Inter bl-istess mod kif għamel Romelu Lukaku qabel ingħaqad ma’ Chelsea fis-sajf li għadda.

Martinez, li huwa taħt kuntratt ma’ Inter sa Ġunju 2026, kien player importanti għan-Nearzzurri li qed jiġġieldu ma’ AC Milan għat-titlu dan l-istaġun, u skorja 23 goal f’45 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport