Inter ħabbru li ma jridux iċedju minn Federico Dimarco minkejja interess qawwi minn Manchester United u Real Madrid.
Il-media Taljana rrappurtat li ż-żewġ clubs qed isegwu l-progress ta’ dan il-player ta’ 25 sena wara l-wirja mpekkabbli fil-finali tal-UEFA Champions League fit-telfa ta’ 1-0 kontra Manchester City.
F’dan l-istadju, Inter għadhom ma rċevew l-ebda offerta għas-servizzi ta’ Dimarco iżda huma se jagħmlu dak kollu possibbli biex inaffru kull interess għall-eks player ta’ Verona.
Il-leġġendarju Brażiljan u eks-player ta’ Real Madrid, Roberto Carlos, qed iħeġġeġ lill-club Spanjol biex jingaġġa lil Dimarco għax jemmen li huwa l-player denju biex jimla l-pożizzjoni ta’ difensur xellugi li huwa (Carlos) kien iservi bejn l-1996 u l-2007.
Huwa qal: “Bla dubju, Dimarco huwa wieħed mill-aqwa difensuri xellugi fid-dinja bħalisa u Real Madrid għandhom jgħaġġlu biex jiksbu l-firma tiegħu.”
Bħalissa l-player internazzjonali Taljan huwa stmat li jiswa €40 miljun iżda Inter sostnew li akkost ta’ kollox il-player ma jinsabx għall-bejgħ.
Il-club Taljan mistenni jitlef is-servizzi tal-midfielder internazzjonali Kroat, Marcelo Brozovic, b’Al-Nassr u Barcelona jinsbu interessati.