Inter Miami kellhom ġimgħa tal-ħolm s’issa hekk kif wara l-aħbar li Lionel Messi se jkun qed jingħaqad magħhom fil-bidu tal-istaġun li ġej, huma rnexxielhom jgħaddu għas-semifinali tat-tazza Amerikana wara li għelbu lil Birmingham 1-0 bil-gowl uniku skorjat minn Nicolas Stefanelli.
Dan kien suċċess doppju għas-sid David Beckham u l-kowċ temporanju Darren Powell.
Fis-semifinali huma se jiltaqgħu kontra Cincinnati. Sadanittant Red Salt Lake li eliminaw lil Los Angeles Galaxy, se jilagħbu kontra Houston Dinamo.