Wednesday, October 9, 2024

Inter Miami umiljati minn Atlanta United

Aqra wkoll

Inter Miami kienu umiljati minn Atlanta United hekk kif rebħulhom 5-2 fil-Major League Soccer Amerikan is-Sibt filgħaxija.

Miami, li kienu mingħajr l-istilla tagħhom Lionel Messi, ma qabdux art kontra l-avversarji ferm iktar motivati minnhom u minkejja li marru minn fuq, ir-reazzjoni ta’ Atlanta kienet tali li sabu x-xibka permezz ta’ Tristan Muyumba, Kamal Miller, Brooks Lennon, Giorgios Giakumakis u Tyler Wolf.

Inter Miami kellhom lil Leonardo Campana li skorja doppjetta għalihom.

Sport