Friday, December 20, 2024

Inter mistennija jħabbru telf ta’ bejn €130 miljun u €140 miljun

Aqra wkoll

Inter mistennija jħabbru telf ta’ €130 miljun-€140 miljun għall-2021-22.

Il-laqgħa tal-bord tal-klabb se ssir nhar l-Erbgħa fil-preżenza tal-president, Steven Zhang, li l-ultras ta’ Curva Nord ikkritikaw bil-kbir fl-aħħar jiem.

In-Nerazzurri se jħabbru telf ta’ €130 miljun-€140miljun, ftit aktar  li l-club stess kien qed jantiċipa … jiġifieri €120 miljun. 

Madankollu, Inter xorta tejbu l-qagħda finanzjarja tagħhom peress li fis-sena finanzjarja preċedenti kienu tilfu €254 miljun

Waqt il-laqgħa tal-bord ta’ Inter li se tkun mifruxa fuq jumejn, Zhang mhux mistenni jagħti l-ebda aġġornament dwar il-futur tan-Nerazzurri fost xnigħat li Suning qed ifittxu xerrejja potenzjali interessati li jakkwistaw sehem ta’ maġġoranza fil-club.

Jista’ jkun hemm aktar aġġornamenti fuq din il-kwistjoni fl-aħħar ta’ Ottubru waqt il-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Inter.

L-Ultras ta’ Inter ilhom jinsistu biex Zhang ibigħ il-club, waqt li fi tmiem il-ġimgħa żvelaw diversi banners … ‘Zhang Vattene’ jew aħjar “Zhang itlaq ‘l hemm. 

Ekonomija

Sport