Inter għadhom qed ifittxu difensur u l-għażla tad-diriġenti Nerazzurri tidher li marret fuq il-plejer ta’ Tottenham Hotspur Japhet Tanganga. Dan tal-aħħar għandu 24 sena, hu ta’ nazzjonalita’ Ingliża u lagħab b’mod regolari f’kull kategorija tat-tim nazzjonali barra dak tal-kbar.
Ma’ Tottenham ilu erba’ snin għalkemm lagħab biss 27 partita.
Spurs huma lesti li jinnegozjaw man-Nerazzurri u għalkemm possibbilment jista’ jsir xi forma ta’ ftehim.