Hekk kif Inter jinsabu fis-seba’ sema wara r-rebħa fil-Euro Derby tal-UEFA Champions League kontra Milan, anke l-kaxxa finanzjarja tal-klabb se tieħu spinta ‘l quddiem wara li i Nerazzurri huma garantiti somma ta’ €89.78 miljun talli waslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni.
Milan ukoll sa ċertu punt se jkunu qed jieħdu somma tajba ta’ €73.14 miljun talli waslu sal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni.
Inter se jkunu qed jilagħbu kontra Manchester City fil-finali tal-UEFA Champions League li se tintlagħab fl-10 ta’ Ġunju li ġej.