Saturday, April 26, 2025

Inter se jbiddlu l-istrateġija tal-akkwisti tagħhom

Aqra wkoll

It-telfiet riċenti kontra Bologna u Milan ikkonfermaw dak li ilu ċar għal xi żmien: Inter jeħtieġ li jġeddu l-iskwadra u jgħollu l-livell tagħhom minkejja li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tas-serie A Taljana u biċ-ċans li jirbħu wkoll l-UEFA Champions League.

Il-management diġà waqqaf strateġija għas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, grazzi wkoll għad-dħul finanzjarju miċ-Champions League li se jippermettilhom li jonfqu iktar flus fuq plejers potenzjali ġodda. . L-ewwel mossa diġà saret bil-wasla ta’ Luka Sucic mingħand Dinamo Zagreb, midfielder żagħżugħ imwieled fl-2002 li se jkun disponibbli wkoll għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs.

Min-naħa ta’ plejers li se joħorġu mill-belt ta’ Milan, Marko Arnautovic, Joaquin Correa u aktarx ukoll Mehdi Taremi. Davide Frattesi u Kristjan Asllani se jkunu qed ifittxu destinazzjoni oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport