Saturday, September 14, 2024

Inter se jġeddu l-kuntratt ta’ Denzel Dumfries

Aqra wkoll

Inter qed ikomplu jaħdmu sabiex iżommu numru ta’ plejers li tawhom is-suċċessi riċenti f’dawn l-aħħar snin. Wara li ġeddew il-kuntratt tal-kowċ Simone Inzaghi u tal-plejers Lautaro Martinez u Nicolo Barella, i Nerazzurri qed jippruvaw jikkonvinċu lil Denzel Dumfries sabiex jagħmel l-istess.

Jidher li l-president ta’ Inter Giuseppe Marotta se jkun qed jagħtu żieda fis-salarju lill-plejer Olandiż ta’ 28 sena. Hu mistenni jaċċetta u għalhekk iqatta’ iktar snin fil-belt ta’ Milan.

Dumfries ilu ma’ Inter sa mis-sena 2021 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 100 logħba u skorja 10 gowls.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport