Inter jidhru li se jgħaddu minn riġenerazzjoni kbira għall-istaġun li ġej. Il-ħruġ ta’ Simone Inzaghi u l-ħatra eventwali ta’ Christian Chivu u bdil ta’ xi plejers veterani se jinfluwenza ħafna s-suq tat-trasferimenti fejn Beppe Marotta u Piero Ausilio jridu jibdlu t-tim b’għażla ta’ plejers żgħażagħ u talentużi.
Rasmus Hojlund qed jitqies bħala prijorità biex jerġa’ lura, filwaqt li Nico Paz u Giovanni Leoni huma wkoll fil-mira tagħhom. Il-klabb qed ifittex li jibni proġett ġdid b’talent ġdid mingħajr ma jnaqqas il-livell tekniku.