Inter se jkunu qed ineħħu żewġ midfielders hekk kif il-plejer ta’ 21 sena Lucien Agoume u dak ta’ 26 sena Stefano Sensi jinsabu barra mill-pjanijiet tal-kowċ Simone Inzaghi.
Agoume jinsab pass bogħod milli jingħaqad f’La Liga Spanjola ma’ Seville filwaqt li Sensi għad irid jara ma’ min se jmur. Dan tal-aħħar irid jilgħab iktar hekk kif s’issa qatt ma beda sa mill-bidu man-Nerazzurri.