Inter u Juventus jinsabu fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Barcelona, Memphis Depay, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Meta l-kuntratt tiegħu f’Lyon ġie fi tmiemu fl-2021, Depay ħa d-deċiżjoni li jmur jilgħab fil-Camp Nou, u ngħaqad mal-kompatrijott Olandiż Ronald Koeman.
Madankollu, minkejja li kien regolari fil-formazzjoni inizjali għall-ewwel nofs tal-istaġun, l-internazzjonali Olandiż huwa meqjus biss bħala membru marġinali issa li Xavi ġie appuntat bħala s-sostitut ta’ Koeman.
Inter, AC Milan u Juventus kollha qed isegwu s-sitwazzjoni qabel l-istaġun 2022-23, konxji li Barcelona jistgħu jkunu lesti li jbigħu lill-attakkant bi ħlas bi prezz imnaqqas.
Filwaqt li Depay għad fadallu sena kuntratt ma’ Barcelona, it-tnaqqis tal-infieq tal-club se jkun aktar importanti għall-ġganti Katalani wara li għamlu diversi akkwisti f’Jannar.
Għalkemm il-player ta’ 28 sena skorja tmien goals minn 22 ħarġa fil-La Liga u fiċ-Champions League dan l-istaġun, injury rrestrinġietu għal żewġ dehriet biss mal-Katalani mit-8 ta’ Diċembru ‘l hawn.