Inter jinsabu ferm viċin li jiksbu l-firma tad-difensur ta’ Bayern Munich Benjamin Pavard. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u ilu fil-Bavarja għal dawn l-aħħar erba’ snin fejn skorja tmien gowls f’111-il dehra mal-klabb.
L-aġent Giovanni Branchini, li qed jinnegozja dan it-trasferiment, kellu kliem pożittivi b’Pavard li mistenni jasal fil-belt ta’ Milan f’nofs din il-ġimgħa.
Skont Branchini, jonqos biss xi irqaqat fil-kuntratt sabiex il-plejer Franċiż jingħaqad man-Nerazzurri li b’hekk isir ir-raba’ klabb tiegħu wara Lille, Stuttgart u l-istess Bayern Munich.