Inter qed jaħsbu sabiex isaħħu l-iskwadra tagħhom tant li għajnejn id-diriġenti Nerazzurri waqgħu fuq id-difensur ta’ Valencia Mouctar Diakhaby. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u se jkun qed jiskadilu l-kuntratt tiegħu f’Estadio Mestalla.
Anke l-istess plejer qed jittama li jibda avventura ġdida u mal-ewwel aċċetta l-proposta ta’ Inter għalkemm irid jistenna risposta mingħand id-diriġenti Spanjoli.
Diakhaby ilu ħames snin ma’ Valencia fejn stabilixxa ruħu mat-tim. Min-naħa tagħhom, Valencia qed jittamaw li jikkonvinċu lill-plejer sabiex jiffirma kuntratt ġdid.