Monday, November 11, 2024

Inter wisq b’saħħithom għal Gżira U.

Aqra wkoll

Gzira U … 1

Inter … 6

F’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fit-Tony Bezzina Stadium f’Kordin bħala parti minn kamp ta’ taħriġ li Inter qed jagħmlu f’Malta, in-Nerazzurri rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Gzira United meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 6-1, f’partita li huma ddominaw għal ħinijiet twal.

Kienu Inter li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta meta l-player Bosnjak Edin Dzeko mill-viċin ra lill-goalkeeper Kroat ta’ Gżira, Darijan Zarkov, isalva tajjeb.

U minuta biss wara huma fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, RAOUL BELLANOVA kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-25 minuta rduppjaw l-iskor permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ KRISTJAN ASLLANI li qarraq għal kollox b’Zarkov u ntemm fix-xibka.

Gzira wieġbu għall-ewwel darba fil-31 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Jefferson De Assis li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Sloven ta’ Inter Samir Handanovic wara li ntefa’ minn tulu fl-art.

U mill-corner li rriżulta, il-Maroons ġabu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Steve Pisani, pront kien JEFFERSON DE ASSIS li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Inter għamluhom tlieta fl-34 minuta permezz ta’ freekick mill-isbaħ mid-distanza ta’ HAKAN CALHANOGLU li ma ta l-ebda ċans lil Zarkov.

U jidher li n-Nerazzurri ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fil-41 minuta komplew ikabbru l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn through pass,  ROBIN GOSENS, permezz ta’ xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali għeleb lil Zarkov.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u fis-46 minuta is-sostitut Maxuell Maia kellu xutt angulat minn tarf il-kaxxa li ġie salvat bi bravura minn Handanovic.

Inter wieġbu fit-58 minuta meta minn corner mogħti minn Di Marco, Francesco Acerbi minn taħt il-lasta kien sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jistampa mal-wieqfa.  

Huma skorjaw il-ħames goal fis-70 minuta meta Henrikh Mkhitaryan għadda tajjeb lejn FEDERICO DIMARCO li permezz ta’ xutt angulat mill-viċin tefa’ ġewwa.

Inter ssiġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt goal permezz ta’ Henrik Mkhitaryan fil-ħin miżjud.

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov (1-David Cassar 65) (Krassimir Zammit 86), 3-Gabriel Bohrer Mentz (Nashton Taliana 86), 4-Andrew Borg (Hytem Kabar 86), 5-Luke Tabone (Mohammed Alouzi 86), 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (9-Marcelo Dias 46), 8-Zachary Scerri (17-Clive Gauci 46), 16-Luis Carlos Riascos, 23-Riccardo Correa Duarte (22-Toni Kolega 46), 47-Brookyln Borg (93-Thiago Espindola 65), 94-Jefferson De Assis (91-Maxuell Maia 46) Coach: Darren Abdilla

Inter: 1-Samir Handanovic (21-Alex Cordaz 64), 5-Roberto Gagliardino (Federico Dimarco 46), 8-Robin Gosens (42-Denis Curatolo 46), 9-Edin Dzeko (Nicolo Barella 46), 12-Raoul Bellanova (53-Nicolo Biral 76), 14-Kristjan Asllani (50-Alexander Stankovic 64), 15-Francesco Acerbi (51-Tommaso Guercio 76), 20-Hakan Calhanoglu (22-Henrikh Mkhitaryan 46), 37-Milan Skriniar (52-Stefano Di Pentima 76), 45-Valentin Carboni (54-Nikola Iliev 64), 95-Alessandro Bastoni (47-Alessandro Fontanarossa 64) Coach: Simone Inzaghi

Referee: Matthew De Gabriele

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: R. Bellanova 17, K. Asllani 25, H. Calhanoglu 34, R. Gosens 41, F. Dimarco 70 (I), J. De Assis 32 (G)

Ammoniti: Ħadd

Sport