Tuesday, January 6, 2026

Inter Women f’partita ta’ ħbiberija kontra Hibernians fit-Tony Bezzina Stadium

Aqra wkoll

Il-futbol tan-nisa se jkun taħt il-lenti nhar it-Tlieta filgħaxija meta Hibernians FC jilagħbu kontra Inter Women f’partita ta’ ħbiberija fit-Tony Bezzina Stadium li tibda fis-7.

Inter Women, li jikkompetu fis-Serie A Women, l-ogħla kampjonat tan-nisa fl-Italja, bħalissa jinsabu Malta għal kamp ta’ taħriġ li qed ikun kordinat minn Qmedia Limited.

Taħt it-tmexxija tal-kowċ Gianpiero Piovani, Inter waslu Malta nhar is-Sibt filgħaxija qabel taw bidu għall-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ fit-Tony Bezzina Stadium matul il-ġurnata tal-Ħadd.

Iż-żjara tagħhom qed tqanqal interess mhux biss fost il-ħafna partitarji ta’ Inter f’Malta, iżda wkoll fost is-segwaċi lokali tal-futbol li qed isiru dejjem aktar kburin bil-kisbiet ta’ Haley Bugeja, li bħalissa tilgħab ma’ Inter Women. 

Meqjusa bħala waħda mill-aktar plejers żgħażagħ eċċitanti fl-Ewropa, Bugeja qed tibda s-sena l-ġdida b’moral għoli wara li rritornat minn perjodu barra minħabba injury b’wirjiet deċiżivi li wasslu għal rebħiet għat-tim tagħha matul Diċembru.

Wara li skorjat hat-trick fir-rebħa ta’ 5-1 kontra r-rivali Milan fil-kampjonat Taljan, Bugeja kompliet bil-forma tajba tagħha b’gowl ieħor biex għenet lil Inter javvanzaw għall-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia wara rebħa ta’ 2-1 kontra Como 1907.

Għalkemm Bugeja spiss tilgħab f’Malta meta tirrappreżenta lit-tim nazzjonali tan-nisa, din hija l-ewwel darba li qed iżżur pajjiżha mat-tim tal-klabb tagħha minn mindu ffirmat ma’ Inter fl-2023, u wkoll l-ewwel darba li se tilbes il-flokk famuż tal-klabb tas-Serie A fi stadium Malti.

Fil-partita tat-Tlieta, Bugeja se taffaċċja xi wċuħ familjari hekk kif diversi plejers ta’ Hibernians Women huma wkoll parti mill-iskwadra nazzjonali. Hibernians huma mmexxija minn Martina Borg, eks plejer ta’ Malta li kienet tilgħab ukoll ma’ Bugeja fuq livell internazzjonali.

Għalkemm m’hemm l-ebda dubju dwar il-prestiġju ta’ din il-logħba ta’ ħbiberija, il-kowċ ta’ Hibernians temmen li din l-esperjenza se tkun ta’ benefiċċju għall-plejers tagħha hekk kif jistinkaw biex itejbu l-livell tagħhom.

“Aħna eċċitati ħafna u qed nistennew bil-ħerqa din il-logħba ta’ ħbiberija,” qalet Borg.

“Nafu li se naffaċċjaw oppożizzjoni qawwija ħafna f’Inter Women, tim li qed ikollu staġun pożittiv ferm fis-Serie A.

“Minkejja dan, qed inqisu din il-logħba bħala opportunità siewja biex nesponu lill-plejers tagħna għal livell għoli ta’ kompetizzjoni kif ukoll biex insaħħu l-preparazzjonijiet tagħna għall-bqija tal-istaġun.”

Hibernians bħalissa jinsabu fit-tieni post tal-Kampjonat Assikura 2025-26.

Min-naħa tagħhom, Inter Women qed ifittxu li jimmassimizzaw iż-żjara tagħhom f’Malta bħala parti mill-preparazzjoni għat-tieni nofs tal-istaġun, li jibda bil-partita tal-kampjonat li jmiss kontra Juventus. 

Wara disa’ logħbiet, Inter jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika tas-Serie A Women, flimkien ma’ Lazio u Como 1907 b’total ta’ 15-il punt.

“Il-kamp ta’ taħriġ f’Malta huwa opportunità biex nikkonsolidaw ix-xogħol li sar fit-taħriġ, intejbu l-kundizzjoni fiżika u nsostnu ritmu għoli qabel ma jerġa’ jibda l-istaġun,” qal il-klabb fuq is-sit uffiċjali tiegħu.

L-ewwel logħba uffiċjali wara l-waqfa se tara lin-Nerazzurre jilqgħu lil Juventus f’darhom fl-10 ġurnata tal-Kampjonat Serie A Women, skedata għall-weekend tas-17-18 ta’ Jannar.

Il-logħba ta’ ħbiberija ta’ nhar it-Tlieta bejn Hibernians FC Women u Inter Women hi appoġġjata minn VisitMalta. Id-dħul huwa b’xejn.

Inter Women f’partita ta’ ħbiberija kontra Hibernians fit-Tony Bezzina Stadium

Dħul bla ħlas għal-loghba li se tara lil Haley Bugeja bil-flokk ta’ Inter Women għall-ewwel darba f’Malta

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport