Sunday, December 22, 2024

Interceptor Remax jieħu l-unuri fit-tlielaq Voomquest Enemed

Aqra wkoll

Il-baħar imqalleb mal-kosta ta’ Tas-Sliema fi tmiem il-ġimgħa fisser li t-tiġrijiet tal-Kampjonati tad-Dinja Voomquest Enemed UIM V2 ġew imxeklla tant li  l-organizzaturi ta’ Voomquest emendaw is-sekwenza tal-avvenimenti. Iċ-ċirkwiet li kien ippjanat fuq barra tal-port il-kbir kellu jitħassar. Dan ir-riżulta li ma ngħataw lebda punti lejn tal-Kampjonati ta’ din is-sena.  Minkejja dan, l-organizzaturi, organizzwi sensiela ta’ match races, li grazzi għall-isforzi ta’ Transport Malta, saru ġewwa l-Port il-Kbir li ngħalqet għat-traffiku marittimu.

Is-sistema ta’match racing hija madankollu tellieqa eċċitanti li ġiet implimentata kemm għall-klassijiet V2 kif ukoll għall-klassi tal-katamaran 3D u segwiet sekwenza sempliċi fejn id-dgħajjes jtellqu kontra  xulxin f’pari. Id-dgħajsa li tirbaħ it-tellieqa tikseb punt, u d-dgħajsa bl-inqas punti tkun iddikjarata rebbieħa tal-ġurnata. Il-proċeduri bdew bil-Klassi V2, li kellha ħames dgħajjes jieħdu sehem, Dawn irrappreżentaw tliet pajjiżi – Malta, l-Ingilterra u Franza.

Is–Sibt, l-ewwel tliet postijiet ttieħdu minn Team Interceptor Remax (GBR), misjuq minn Sam Howes u Michael Xuereb. Ir-rebbieħa tal-kampjonat għas-sentejn ta’ qabel Team El Diablo (MLT) , misjuqa minn Clive Butler u Sammy Grima ġew fit-tieni post filwaqt li l-ġdid Team Waist Not, (MLT) misjuq minn Jesmond Aquilina u Rhys Grima spiċċaw fit-tielet post. Interessanti li fit-tielet post Rhys Grima qed jimxi fuq il-passi ta’ missieru, Sammy Grima fuq il-podju tal-Voomquest. Team Cutting Edge, misjuqa minn Steve Bezzina u Michael Abela (MLT) u Team Marine Diffusion (FRA) misjuqa minn Domenique u Jean Lic Martini spiċċaw fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.

Fil-klassi 3D, Team CRB, Gasebeton u Sabbie di Parma kienu l-ewwel tliet spiċċaw f’dik li kienet tellieqa eċċitanti. 

Il-Ħadd wara nofsinhar, Team Interceptor Remax komplew bir-rebħ tagħhom għal darb’oħra ħadu l-ewwel post, punt warajhom kienu Team El Diablo filwaqt li Team Cutting Edge kiseb it-tielet post, qabel Teams Marine Diffusion u Waste Not.

Wara l-azzjoni V2 kien imiss lill-Klassi 3D kienet waħda miġġielda aktar mill-qrib, il-ħames u t-tmien tiġrija tant kienu viċin li kienet meħtieġa analiżi tal-filmati biex jiġu determinati r-rebbieħa. Ir-rebħ tat-tmien tiġrija fisser li Blu Banca ħa l-unuri tal-ġurnata, segwit minn CRB u Sabbie di Parma. It-timijiet Gasbeton u De Mitri spiċċaw fir-raba’ u l-ħames post.

“It-tlielaq tal-powerboats jeħtieġu manuvri preċiżi. L-ibħra li kellna matul tmiem il-ġimgħa kienu ser jagħmluha diffiċli biex iżommu l-kontroll meħtieġ, dan mhux biss setajikkawża ħsara potenzjali lid-dgħajjes iżda jkun risku ta’ periklu ikbar.  Għalhekk id-deċiżjoni li jsiru bidliet fil-pjanijiet oriġinali” spjega Aaron Ciantar, fundatur ta’ Voomquest u 5 darbiet champion dinji tal-powerboat. “Għalkemm kellna nbiddlu l-pjanijiet tagħna, l-avveniment kien suċċess, speċjalment għall-ispettaturi li kellhom festa vera ta’ tlielaq bil-powerboat fil-port il-kbir emblematiku”.

Il-Voomquest Enemed UIM V2 huwa sponsorjat minn Enemed u u appoġġjat minn Visit Malta, Chaudron Powerboats, Yachting Malta, Valletta Cruise Port, Sullivan Maritime, Grimaldi Group u The Skyroom.

Ekonomija

Sport