Saturday, October 26, 2024

Intervent delikat isalva raġel li waqa’ f’post diffiċli biex jiġi aċċessat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mhux l-ewwel darba li dan is-sit faħħar ix-xogħol siewi tal-uffiċjali kollha li jagħmlu ħafna xogħol minn wara l-kwinti. Ftit ħafna minn dawn l-interventi joħrġu fil-beraħ grazzi għall-kmamar tal-aħbarijiet, iżda ħafna oħrajn nibqgħu ma nisimgħux dwarhom.

Fost l-aktar riċenti, ilbieraħ Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ membri mill-Isptar Mater Dei assistew raġel li waqa’ minn fuq kamra tal-ħasil għal fuq bejt f’Ħal Qormi.

Minkejja li l-għoli li waqa’ kien ta’ madwar żewġ metri, ir-raġel spiċċa f’post li diffiċli biex jiġi aċċessat. Filwaqt li ngħata loppju għall-uġigħ li kien qiegħed isofri minnu r-raġel, l-uffiċjali kellhom jaġixxu bi prekawzjoni kbira biex tniżżel mill-bejt tat-tieni sular permezz ta’ tower ladder.

Dan is-sit f’isem il-pubbliku inġenerali jirringrazzja lil dawk kollha li ta’ kuljum joffru dawn is-servizzi.

Sport