Tuesday, April 16, 2024

Intervent f’waqtu jsalva l-ħajja ta’ żewġt anzjani fil-Qawra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti f’ħidma biex itellgħet vettura b’żewġ anzjani fiha li spiċċat imdendla f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Qawra.

Fil-post inħolqot kommossjoni u dan hekk kif l-uffiċjali kienu involuti fi ġlieda kontra l-ħin biex il-vettura ma tispiċċax għal isfel b’kollox.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:15 p.m meta vettura tal-għamla Toyota Aygo spiċċat imdendla ma scaffolding f’sit tal-kostruzzjoni.

F’operazzjoni delikata l-uffiċjali użaw xi ħadid minn taħt filwaqt li b’ħeffa kbira rabtu l-vettura biex setgħet tittella’ u jinħarġu ż-żewġ persuni involuti fl-inċident.

Fortunatament l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet waħda ta’ suċċess u b’xorti tajba ż-żewġ persuni ġew salvati mingħajr ġrieħi.

Ekonomija

Sport