Friday, December 13, 2024

“Introdott il-kunċett f’Malta wara li ħafna żebilħuh”

Il-kumpanija WFDM ltd tintroduċi l-menstrual leave għall-ewwel darba f’pajjiżna

Aqra wkoll

Il-kumpanija WFDM ltd ħabbret li se tintroduċi l-kunċett tal-menstrual leave għall-ħaddiema tagħha.

Ftit tal-ġimgħat ilu l-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar ukoll kienet introduċiet dan il-kunċett, kunċett li diġà daħal fis-seħħ f’pajjiżi oħra, però sfortunatament “Kien hemm ħafna li żebilħu lili u l-kunċett”, tesprimi b’dispjaċir Cutajar f’kitba li qasmet fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.

“Dħalt fil-politika għax nemmen fl-impatt li leħni jista’ jkollu għal ħaddieħor … li nimxu mill-kliem għall-azzjoni dejjem hu t-tir tiegħi f’kulma nagħmel. Se nkompli nistinka biex il-kunċett ta’ menstrual leave jitla’ fuq l-aġenda nazzjonali,” saħqet Cutajar f’kitba li qasmet fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.

Hija ħadet l-okkażjoni wkoll biex tifraħ lill-WFDM u ħeġġet biex kumpaniji oħrajn isegwu l-eżempju.

Ekonomija

Sport