Sunday, November 24, 2024

Investigat allegat abbuż fuq papra waqt Ċirklu

Aqra wkoll

Sezzjoni tal-midja lokali matul il-ġurnata kienet qed tirraporta li f’waħda mill-wirjiet ta’ ċirklu li qed isir f’pajjiż sar xi abbuż fuq xi annimali.

Wara dawn l-allegazzjonijiet, is-Segretarja Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said qalet li nfetħet investigazzjoni dawn dan.

Bugeja Said fuq il-profil tagħha ta’ Facebook qalet li “wara r-rapport li sar dwar allegat użu u moħqrija ta’ annimali f’ċirku, id-Direttorat responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali qed jassigura ruħu li l-ebda annimal ma jinsab ferut.

Ninsab infurmata li bħalissa għaddejja investigazzjoni biex nassiguraw li verament issir ġustizzja.”

Skont dak li qed idur fil-midja soċjali, qed ikun allegat li waqt waħda mill-wirjiet li saret fit-22 ta’ Diċembru li għadda, intużat papra li qed jingħad li ntefgħet kemm-il darba lejn il-pubbliku bil-konsegwenza li bdiet “tweġġa” ma’ xi metal.

Dan l-allegat abbuż kien irraportat lill-pulizija li min-naħa tagħhom ħadu l-papra u għaddewha lil Direttorat responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali.

Kull ċirklu li jsir Malta m’għandux permess li juża l-annimali u din il-prattika issa ilha fis-seħħ mill-2014. Fil-fatt iċ-ċirklu li hawn bħalissa f’pajjiżna jikteb b’mod ċar li mhux qiegħed juża annimali.

Sport