Friday, December 13, 2024

Investigat festin li kien jinvolvi xorb alkolħoliku li fih ħadu sehem bosta atleti fil-Villaġġ Olimpiku

Aqra wkoll

L-organizzaturi Olimpiċi ta’ Tokjo qalu li qed jinvestigaw festin li kien jinvolvi xorb alkolħoliku li fih ħadu sehem bosta atleti fil-Villaġġ Olimpiku.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Logħob Toshiro Muto qal li atleti u uffiċjali oħra tat-team kienu qed jixorbu l-alkoħol fil-park fil-villaġġ tard il-Ġimgħa.

Il-11,000 atleta Olimpiku ġew imwissija qabel il-logħob li x-xorb alkoħoliku fi gruppi kien ksur tal-hekk imsejħa regoli tal-logħob biex jipproteġu kontra l-infezzjonijiet tal-COVID-19. L-atleti u uffiċjali jistgħu jixorbu waħedhom fil-kmamar tagħhom.

Fl-iktar każijiet serji ta’ ksur tar-regoli, l-atleti jistgħu jitneħħew mill-Villaġġ Olimpiku u jittieħdu l-kredenzjali Olimpiċi tagħhom.

Muto qal li: “Qed ninvestigaw is-sitwazzjoni u abbażi tar-riżultat irridu nieħdu azzjoni xierqa.”

Huwa qal li l-pulizija marru fil-villaġġ wara l-inċident tal-Ġimgħa, għalkemm ma kienx jaf bir-rispons tagħhom.

Ekonomija

Sport