It-tribunal ta’ Mellila qed jinvestiga partita mill-Copa del Rey bejn Levante u Huracan Melilla li ntlagħbet fit-2 ta’ Diċembru li għadda u li spiċċat b’rebħa ta’ 8-0 għal tal-ewwel.
Wara li investigaw il-każ, kien hemm ħafna li kemmxu xofftejhom dwar il-mod ta’ kif ġew skorjati l-gowls b’ċerti allegazzjonijiet li bħal qishom huma veritieri.
Sadanittant eks-plejer ta’ Huracan li ismu ma ssemmix qed jiġi investigat wara li nqabad f’xi imħatri illegali.