Saturday, November 23, 2024

Investigati kummenti ta’ mibegħda, persuni mitluba jagħtu dettalji

Aqra wkoll

Il-Unit dwar il-Hate Speech fl-aħħar jiem kien għaddej b’ħidma b’rabta ma’ kummenti ta’ mibegħda li saru fuq is-siti soċjali. Dawn il-kummenti ta’ mibegħda saru b’rabta ma’ ritratt li fih xi persuni kienu qed jipprotestaw favur grupp ta’ immigranti.

Jidher li l-kummeni ta’ mibegħda ġew irrappurtati lil dan il-unit u fl-aħħar jiem diversi persuni ġew ikkuntattjati  u intalbu jagħtu id-detalji tagħhom. 

Ir-ritratt inkwistjoni kien fih tmien persuni jipprotestaw. Fost ħafna kummenti ta’ mibegħda kien hemm wieħed li kien jgħid li “it-tlett subien xebgħa baseball bat ġo nofs rashom. Il-ħames tfajliet gang rape mis-suwed fuq il-Captain Morgan. Win win situation for everyone”.

Sport