Il-każ tat-tanker Arctic Metagaz, li spiċċa abbandunat fil-Mediterran b’tagħbija ta’ gass, żejt mhux maħdum u dijżil wara li seħħet splużjoni, bir-Russja tippona lejn l-Ukrajna, qiegħed jiġi deskritt minn organizazjonijiet ambjentali bħala ‘Chernobyl fil-Mediterran’. It-tanker minħabba l-kurrenti resaq sew lejn il-Libja u jinsab viċin żoni marbutin maż-żejt.
L-akbar mistoqsija imma li s’issa għadha mhux imwieġba hi dik ta’ x’ġara eżatt. Illum, għalkemm m’hemm ebda konferma jew ċaħda mill-Ukrajna, is-swaba Russi jippontaw lejn forzi Ukreni li wettqu dan l-attakk, u li mhux l-uniku attakk.
Sorsi solti infurmati fil-Libja, infurmat lil IT-TORĊA li s-swaba ta’ l-investigaturi qegħdin jippontaw lejn drones fil-baħar u fl-ajru għall-isplużjonijiet li seħħew u li l-istħarriġ qiegħed jimxi fuq il-fatt li dawn telqu mill-Punent tal-Libja. IT-TORĊA hi infurmata li l-aktar mistoqsija kruċjali marb

