Saturday, May 3, 2025

Investigazzjoni ta’ erba’ snin issib li l-ġgant tal-midja soċjali bagħat informazzjoni illegali fiċ-Ċina

Multa ta’ €528 miljun għal TikTok

Aqra wkoll

Multa eżorbitanti ta’ xejn inqas minn €528 miljun ingħatat lill-pjattaforma popolari Tiktok mill-watchdogs tal-Unjoni Ewropea wara li investigazzjoni twila erba’ snin sabet li Tiktok għaddiet informazzjoni liċ-Ċina bi ksur tal-liġi tal-privatezza stretta tal-istess blokk Ewropew.

Il-Kummissjoni tad-Data Protection tal-Irlanda ssanzjonat ukoll lil TikTok talli ma kienitx trasparenti mal-persuni li jużaw din il-pjattaforma dwar fejn intbagħtet l-informazzjoni personali tagħhom. Il-Kummissjoni ordnat li l-pjattaforma tirregola ruħha fi żmien sitt xhur.

Il-watchdog nazzjonali tal-Irlanda huwa r-regolatur għal privatezza tad-data għas-27 stati membri tal-UE għax il-kwartieri ġenerali Ewropej tal-kumpanija huma f’Dublin. Min-naħa tagħhom TikTok ħabbru li ma jaqblux ma’ din id-deċiżjoni u beħsiebhom jappellaw

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport