Saturday, December 14, 2024

Investiment biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-binjiet ta’ Aġenzija Sapport

Aqra wkoll

Waqt żjara fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità f’Raħal Ġdid, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ħabbret li madwar 100 kamera tas-sigurtà se jiġu installati f’seba’ residenzi u seba’ ċentri ta’ matul il-jum.

Dan il-proġett, li qed isir b’investiment ta’ €75,000, se jkompli jsaħħaħ il-mezzi ta’ sigurtà fil-binjiet diversi ta’ Aġenzija Sapport għall-benefiċċju tal-klijenti, l-impjegati u l-viżitaturi.

Waqt iż-żjara, ġie spjegat li fiċ-Ċentru ta’ Raħal Ġdid, Aġenzija Sapport bħalissa qed tospita xejn inqas minn 52 persuna b’diżabilità.

Il-Ministru Farrugia Portelli, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, għamlet referenza wkoll għat-tema ta’ din is-sena ‘DigitALL: Innovation and technology for gender equality’. Hija tenniet li Aġenzija Sapport se tkompli tinvesti fil-provvista ta’ faċilitajiet teknoloġiċi moderni u aċċessibbli li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u jkattru l-għajxien indipendenti għal persuni b’diżabilità.

Il-ministru rringrazzjat lill-ħaddiema kollha fi ħdan l-Aġenzija Sapport li timpjega magħha 630 ħaddiem li 75% minnhom, jiġifieri 476 impjegat, huma nisa.

Ekonomija

Sport