Sunday, December 22, 2024

Investiment fis-saħħa

Aqra wkoll

Dwar is-saħħa, il-Ministru Caruana. beda biex qal li għal sena oħra, il-Gvern beħsiebu jkompli jsostni s-settur ta-saħħa permezz ta’ żieda fl-investimenti kapitali u rikurrenti, li dejjem kienu robusti matul dawn l-aħħar snin. Semma kif propju f’dan il-qasam, pajjiżna għandu ‘l fuq minn €140 miljun f’Fondi Ewropj li ser ikun qed juża biex itejjeb l-infrastruttura u jsaħħaħ l-apparat mediku.

Se jinħareġ tender għat-tkabbir fid-Dipartiment tal-Emerġenza

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li fix-xhur li ġejjin se jinħareġ it-tender għat-tkabbir tad-żdipartiment tal-Emerpenza, għat-twessigħ tas-servizzi tal-Kura Intensiva u għall-ħolqien taċ-Ċentru Psikjatriku Akut.

Se jiġu allokati €14 -il miljun sabiex tonqos il-lista ta’ stennija tal-operazzjonijiet

Il-Ministru Caruana qal li fl-istess waqt ser jiġu allokati €14 -il miljun sabiex il-listi ta’ stennija ta’ ċertu operazzjonijiet jitnaqqsu b’mod sinifikanti. Qal ukoll li huwa stmat li matul is-sena li ġejja, se jkun hemm żieda ta’ ‘l fuq minn 5,000 fin-numru ta’ operazzjonijiet li jsiru permezz ta’ din il-kooperazzjoni mal-privat.

Spjega li s-servizzi tas-saħħa se jitkomplu jitjiebu u jitwessgħu sabiex jilħqu l-iktar firxa wiesgħa ta’ pazjenti, fl-iqsar żmien possibli. Semma l-introduzzjoni ta’ Infermier Navigatur Kamra Multisensorja f’Dar Kenn Għal Saħħtek, l-introduzzjoni ta’ screening nazzjonali għat-tfal minn 18 -il xahar ‘l fuq, kif ukoll pjanijiet biex l-Iscreening Nazzjonali kollu jiġi ċentralizzat.

Ekonomija

Sport