Saturday, December 21, 2024

Investiment għal konfiska tal-assi

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba faċilità ġdida f’Ħal Far

Minn Victor Vella

Fi ftit xhur oħra, eżattament fil-bidu tas-sena d-dieħa, f’Ħal Far se jinbeda l-proċess  biex tinbena faċilità mill-aktar moderna, li l-għan tagħha hu dak li tgħin fil-ġlieda tal-kriminalità organizzata.  Din il-binja li se tkun qed tinbena, fejn għal dan se jkun hemm investiti xejn inqas minn €2.4 miljun, se tkun qed tintuża biex għall-ewwel darba pajjiżna ikollna post modern u li joffri sigurtà għal assi maqbudin.

Bis-sitwazzjoni kif inhi bħalissa hemm għadd ta’ problemi u sfidi, u kien minħabba f’hekk li nħass li pajjiżna għandu bżonn faċilit̀à simili. F’din il-binja mistennija li jibdew jinżammu oġġetti konfiskati minn kriminalità organizzata fosthom vetturi, trakkijiet, opri tal-baħar, xogħlijiet tal-arti u assi oħra b’valur kbir. Inewsmalta hi infurmata li f’din il-binja se jkun hemm faċilità fejn jista’ jinħażen apparat elettroniku.  Bħalissa qed isiru d-disinji ta’ din il-binja u kif dan iseħħ mistennija ssir sottomissjoni tal-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar. 

Din il-binja se tkun qed tinbena għax issa b’liġi li se tkun qed tgħaddi mill-Parlament se jkunu aktar faċli li jkunu konfiskati assi meta jkun hemm suspetti serji fejn tidħol il-kriminalità. Din il-liġi li tħejjiet hi konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-MONEYVAL u fiha tinkludi proviżjonijiet partikolari għall-konfiska ta’ proprjetà li tintuża, maħsuba biex  tintuża għal reati ta’ kriminalità organizzata fosthom ħasil ta’ flus u reati terroristiċi. Din il-liġi qed tisħaq li l-flus mill-kriminalità jiġu irkuprati.  Xi ħaġa li qed iddaħħal din il-liġi hi dik li issa l-persuna akkużata jkollha tispjega minn fejn ġabet l-assi tagħha. F’din il-liġi l-Assi mill-Kriminalità ħa jinġabru fuq bażi ta’ suspett tar-reat rilevanti u mhux biss la darba sentenza tinqata’ fil-Qorti Kriminali.

Ir-riżorsi umani fil-Bureau tal-Irkupru tal-Assi se jiżdiedu b’25%

Inewsmalta hi infurmata li l-istaff f’din it-taqsima komplew jiżdiedu fl-aħħar xhur u billi ġew ingaġġati uffiċjali speċjalizzat. Dawn xogħlhom hu fuq Asset Tracing, Asset Management, Corporate Services u servizzi legali.  Fil-preżent il-Bureau għandu 11-il uffiċjal  bil-pjani huma li dawn jiżdiedu b’25 fil-mija.

Apparti dan l-isstaff qed ikun imħarreġ b’mod kontinwu, tant li qed isiru sforzi biex jiġu attirati persuni barranin b’esperjenza. vasta f’’asset tracing’ u  ‘asset forfeiture’. 

Studju dettaljat dwar is-sistemi preżenti tal-konfiska

Apparti dan Inewsmalta hi mgħarrfa li ġie ingaġġat konssulent legali indipendenti u dan għamel studju dettaljat dwar il-leġislazzjoni marbuta mal-iffriżar u konfiska ta’ assi. L-istudju qed jevalwa kif jista’ jtejjeb dawn il-leġislazzjonijiet.

Ekonomija

Sport