Saturday, October 26, 2024

Investiment ta’ €400,000 għal angiosuite ġdida f’Mater Dei

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura angiosuite ġdida fl-Isptar Mater Dei.

Din l-angiosuite saret b’investiment ta’ €400,000 li huma parti minn investiment ta’ €5.5 miljun għal upgrade ta’ apparat u tagħmir ġdid fid-Dipartiment tal-Medical Imaging.

Permezz ta’ din l-angiosuite issa jistgħu jsiru numru ta’ interventi speċjalizzati li qabel ma kinux isiru fosthom f’persuni li jkun għadhom kemm tahom stroke. Din il-magna tista’ wkoll tgħin fil-kura għall-kanċer billi tagħti kimoterapija direttament fl-arterji.

“Matul din is-sena, il-Ministeru għas-Saħħa kien iffukat, ħdimna u investejna kemm kien possibbli fuq il-Covid-19 iżda x-xogħol tagħna l-ieħor baqa’ jsir u dan l-investiment fid-Dipartiment tal-Medical Imaging huwa wieħed minnhom”, qal id-Deputat Prim Ministru.

F’Malta jkollna bejn 10 u 15-il intervent kuljum fl-angiosuite.

Iċ-Chairman tal-Medical Imaging, Dr Kenneth Saliba, qal li permezz ta’ din l-angiosuite dan id-dipartiment se jkun qed ikompli jgħin aktar lill-kirurgi, fosthom dawk tal-qalb u vaskulari, billi jkunu jistgħu jaraw l-arterji tal-ġisem, anke dawk żgħar, b’mod imkabbar u b’hekk ikun hemm aktar preċiżjoni fl-interventi li jsiru.

Sport