Monday, May 13, 2024

Invictus – Marċ ġdid biex jitfakkar Dr Joseph Muscat

Aqra wkoll

Hekk kif l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat iċċelebbra l-50 sena, is-Surmat David Agius kiteb marċ ġdid bl-isem ta’ “Invictus” (Qatt mirbuħ).

Dan b’messaġġ ċar ħafna hekk kif Dr Joseph Muscat qatt ma tilef elezzjoni waħda minn meta kien inħatar mexxej tal-Partit Laburista.

Dr Muscat f’messaġġ fuq il-midja soċjali filwaqt li rringrazzja lil kulħadd għall-messaġġi ta’ xewqat f’għeluq snienu, qal li “l-imħabba u r-rispett tagħkom nibqa’ ngħożżu”.

Kiteb li “f’dan il-jum irċevejt rigal speċjali ħafna mill-ħabib tiegħi, is-Surmast David Agius. Kien ilna sena nitkellmu dwar dan il-marċ ġdid. U llum wasal.”

Min jaf liema banda se tkun qiegħda ddoq dan il-marċ?

Sport