Sunday, November 24, 2024

“Inwegħduk li se tibqa’ fil-ħsibijietna u fit-talb tagħna”  – il-President lill-Papa Franġisku

Aqra wkoll

“Intuk l-akbar merbħa f’dawn il-gżejjer li tant jgħożżuk. Inwiegħduk li permezz tal-miġja fostna se nkomplu ningħaqdu bejnietna u nħabirku għall-paċi ta’ madwarna. Fuq kollox inwiegħduk li se tibqa’ fi ħsibijietna  u kif dejjem tħeġġiġna nagħmlu se nkomplu nitolbu għalik.”

Hekk qal il-President ta’ Malta George Vella waqt id-diskors tiegħu lill-Papa Franġisku.

Il-President tkellem dwar bosta suġġetti fosthom dwar il-pandemija li qed tħalli effett fuq saħħitna u l-ekonomiji tagħna, filwaqt li qal li qed tgħallimna lezzjonijiet ta’ solidarjetà umana li m’għandna ninsew qatt. Qal li din il-pandemija għalmitna li evidentement għandna bżonn naħdmu aktar biex insaħħu l-ġustizzja soċjali globali.

Tkellem ukoll dwar il-fatt li 75 sena wara t-Tieni Gwerra Gwerra, l-Ewropa qed tara traġikament gwerra tal-biża għal darb’oħra  u qal li dan mhux aċċettabbli.

“Missier qaddis il-pjaneta tagħna hija marida, il-pjaneta tagħna hija rrabjata u għajjien, iżda aħna nibqgħu ninjoraw is-sinjali tagħha ta’ degradazzjoni ambjentali, tibdil fil-klima u sfruttament tar-riżorsi tagħha.”

“Kun żgur Missier qaddis, li Malta se tkompli twettaq il-missjoni ta’ prinċipju tagħha li tippromwovi d-djalogu u r-rispett reċiproku bejn il-pajjiżi, il-kulturi u r-reliġjonijiet li jagħmlu l-baħar Mediterran komuni tagħna wieħed uniku. Se nkomplu nfittxu b’mod attiv soluzzjoni umana u ġusta għall-kwistjonijiet tal-migrazzjoni irregolari,” qal il-President filwaqt li qal li Malta se tibqa’ tipprova tgħin lill-immigranti li jiġu f’Malta u turi solidarjetà.

Sport