Friday, November 15, 2024

Ippremjati l-Players tax-Xahar ta’ Novembru u Diċembru tal-Basketball

Aqra wkoll

Il-forward ta’ 6 piedu u 6 pulzieri ta’ Depiro, TJ Atwood, huwa l-BOV Player tax-Xahar tal-Ewwel Diviżjoni għal Novembru 2021. Ashley van Vliet ta’ Hibernians rebħet l-unur tal-Kampjonat tan-Nisa waqt li Aleksandar Veselinovic ta’ Fusion rebaħ il-premju għall-BOV Amateur League.

Il-guard ta’ Luxol, Canaan Coffey, ġie vvutat bħala l-BOV Player tax-Xahar tal-Ewwel Diviżjoni għal Diċembru 2021 b’Hannah Johnson ta’ Depiro tieħu l-unuri tal-Kampjonat tan-Nisa.

L-unur għall-BOV Amateur League mar għand Daniel Farrugia ta’ Depiro.

L-għan tal-premju tal-BOV Player tax-Xahar tal-basketball huwa li jippremja l-isforzi individwali tal-players li jiddistingwu ruħhom matul ix-xahar partikolari.

Ray Debattista, eżekuttiv fil-Bank of Valletta, ippreżenta plakka kommemorattiva lill-players rebbieħa.

Ekonomija

Sport