Sunday, October 27, 2024

Ippreparati għad-Delta Plus… il-problema dawk mhux imlaqqmin – sorsi mediċi

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-każi ta’ Covid19 b’mod partikolari il-varjant Delta Plus ikomplu jiżdiedu fir-Renju Unit fejn minn l-aħħar aġġornament iriżulta li kien hemm żieda  ta’ 15.2 fil-mija.a Filfatt bejn is-17 ta’ Ottubru u nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru.

kien hemm 333,465 li kkonfermaw li kienu pożittivi. Nhar is-Sibt kien hemm 135 persuna li mietu waqt li kellhom il-Covid19, fejn f’ġimgġa mietu 934 persuna, żieda ta’ 12.1 fil-mija fuq il-ġimgħa ta’ qabel.  Bħalissa fir-Renju Unit hemm tħassib ġdid minħabba l-varjant imsejjaħ ‘Delta Plus’ li minn studji li saru sa issa jidher li jittieħed aktar malajr. 

Quddiem dan, sorsi mediċi f’pajjiżna li tkellmu ma’ Talk.mt qalulna li “l-kwistjoni ta’ dan il-varjant ġdid qed tkun segwita bħal ma tkun segwita s-sitwazzjoni ta’ varjanti oħra.  Il-każi u l-mod kif qed jiżdiedu fir-Renju Unit hi marbuta ma’ ċirkostanzi partikolari fosthom hemm il-kwistjoni ta’ l-ammont ta’ persuni li għal raġunijiet tagħhom għażlu li ma jitlaqqmux. Malta hi preparata għal dan il-varjant ġdid. Irrid nirrimarka li l-problema tibqa’ l-persuni mhux imlaqqmin u li għalhekk m’għandhom ebda forma ta’ protezzjoni mhux biss kontra dan il-varjant imma anki varjanti oħra.”  Mistoqsi jekk jaħsibx li dan il-varjant jista’ jidħol ukoll f’pajjiżna qalilna li ‘kif daħlu varjanti oħra mhux eskluż li jidħol xi ħin jew ieħor, b’mod partikolari jekk dan jibqa’ jinfirex fir-Renju Unit”.

L-istess sors qalilna li “nemmen li dak li jrid jiġi enfasizzat hemm barra hu dak tal-bżonn li nipproteġu ilna infusna mill-virus bit-tilqima. Quddiem il-fatt li għandna min li qed jibqa’ jagħżel li ma jitlaqqamx, ovvjament bir-riskji kollha i dan iġib miegħu, nemmen li nistgħu naslu f’punt li l-pajjiż ‘l quddiem ikollu jieħu miżuri oħra jekk jibqgħu ħerġin aktar varjanti. Qed nitkellem fuq miżuri mhux indirizzati lejn min tlaqqas imma lejn min ma tlaqqamx”.

L-istess sors qalilna li “hemm diversi pajjiżi li qed jikkonsidraw diversi miżuri kontra min ma tlaqqamx, li qed jibqgħu jinġabru u jipprotestaw. Għandek pajjiżi bħal Awstrija li qed jgħidu li jekk il-każi ġodda se jibqgħu jiżdiedu u l-pazjenti fl-ICU jilħqu l-25 fil-mija tal-kapaċità tagħhom, id-dħu ta’ persuni f’ristoranti u lukandi ikunu għal dawk biss li jkunu mlaqqmin. Qed jgħidu ukoll li jekk il-pazjenti jilħqu terz tal-kapaċità tal-ICU, isiru restrizzjonijiet oħra aktar iebsa fuq persuni oħra li ma tlaqqmux”, jgħid l-istess sors.

Tenna li “nemmen li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ ttawwal, wieħed irid iħares lejn kull xenarju. Fl-opinjoni tiegħi mhux ġust li minħabba dawk mhux imlaqqmin, jispiċċaw ibatu nies oħra”.

Sport