Sunday, December 29, 2024

Ippreżentat il-ktieb Mosta Tour bil-għan li jilħaq lit-turisti li jżuru l-Belt Turistika tal-Mosta

Aqra wkoll

Ilbieraħ ġie ppreżentat il-ktieb Mosta Tour bil-għan li jilħaq lit-turist li jżur il-
Belt Turistika tal-Mosta. Dan sar fuq inizjattiva tal-Mosta Rotunda Foundation
fi ħdan il-Parroċċa, bis-sapport tal-Kunsill Reġjonali Tramuntana.

F’dan il-ktejjeb b’ħames lingwi, jagħti gwida b’esperjenza lill-viżitatur fuq
diversi mkejjen storiċi u kulturali fil-Mosta fosthom il-Kappella tal-Madonna
tal-Isperanza, il-ġnien tal-Għarusa tal-Mosta, id-Dolmen, il-Kappella ta’ Santa
Margerita, waqfa fuq Wied l-Isperanza, ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone u
postijiet oħra bħala dawn.

Matul dan il-vjaġġ għat-tursiti, se jingħata dan il-ktejjeb full colour,
b’informazzjoni fuq dawn il-postijiet. B’kollox ġew stampati mal-5000 ktieb.
“Huwa fid-dmirna bħala Reġjun Tramuntana li nkunu ta’ spalla għal-lokalitajiet
tagħna biex ngħinuhom isostnu l-identità kulturali li nsibu fid-9 lokalitajiet li
jiffurmaw dan ir-Reġjun. Kommessi li nkomplu ngħinu bid-diversi modi
possibbli biex nagħtu

Ekonomija

Sport