Sunday, November 24, 2024

Ippreżentat il-programm tal-allokazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, ippreżenta l-istrateġija għall-allokazzjoni tal-Akkomodazzjoni Soċjali. 

F’konferenza li saret illejla, il-Ministru Roderick Galdes ħabbar li fl-aħħar ġranet l-Awtorità tad-Djar bdiet proċess ta’ allokazzjoni ta’ djar fis-siti l-ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali, parti mill-akbar proġett ta’ bini ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar erbgħin sena. “Fil-housing m’aħniex nagħtu ċavetta għal dar ġdida imma ċavetta għal ħajja ġdida u aktar b’saħħitha,” sostna l-Ministru Galdes li ppreżenta programm sħiħ ta’ allokazzjonijiet li għandhom jieħdu sal-2023.

“Kien hemm bżonn metodu ta’ politika mibnija fuq l-imħabba lejn in-nies u lejn min jeħtieġ l-aktar,” qal il-Ministru Galdes, li kompla jgħid li ridna nsaħħu l-istokk b’sistema, bi pjan integrat u ħolistiku, li jaħseb fil-bżonnijiet speċifiċi. Din kienet l-innovazzjoni li ġibna minn Management By Crisis fil-housing b’soluzzjonijiet ġeneriċi, għall-Management By Design li jindirizza l-għerq tal-isfidi soċjali,” tenna l-Ministru Galdes. 

Għall-ewwel darba bħala Gvern qed jintwera kif se jiġu allokati d-djar tal-akkomodazzjoni soċjali. L-istudju tal-Profiling, il-proġett massiv ta’ bini ta’ 1700 dar ġdida, 700 allokazzjoni li saru fl-aħħar tliet snin mill-istokk eżistenti li kienu kkumplimentati bis-saħħa tar-restawr u r-riġenerazzjoni tad-djar battala, il-Programmi tal-Housing Speċjalizzat, il-Benefiċċju tal-Kera u t-tiswijiet fid-djar kienu ftit mill-bosta inizjattivi u miżuri preventivi li naqqsu r-rata li biha tiżdied il-waiting list bin-nofs.

Il-programm tal-allokazzjoni fid-dettall:

F’dawn il-jiem beda l-proċess t’allokazzjonijiet tas-siti l-ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad-Djar. L-applikanti ħa jkunu avżati minn kmieni meta u fejn se jkunu ħa jidħlu fid-dar il-ġdida tagħhom. Mill-ogħla punt tagħha fl-2017 ta’ 3,288, il-waiting list se tonqos b’sittin fil-mija (60%) sal-aħħar ta’ din is-sena  (2021) għal 1,321. 279 familja ħa jidħlu fid-dar ġdida tagħhom kmieni s-sena dieħla (2022) fis-siti l-ġodda f’Birkirkara, Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, fiż-Żurrieq, Ħal Kirkop u fil-Qrendi. Flimkien ma’ dawn ħa jkun hemm ukoll 100 allokazzjoni mill-iskema ta’ kiri mingħand sidien privati. 

Dawn huma l-figuri li juru l-ammont ta’ familji u l-akkomodazzjoni għal wara t-tmiem tal-2021: 

Sena FamiljiAkkomodazzjoni
Nofs l-2022330-170 dar fis-siti l-ġodda (primarjament l-Imsida u
  Bormla)
-Djar mikrija mingħand sidien privati
Tmiem l-2022315-Djar ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali f’siti differenti -Djar mingħand sidien privati
2023
-Siti ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali
-Siti ffinanzjati mill-NDSF
-Madwar 90 dar mikrija mingħand sidien privati 

Sal-aħħar tas-sena 2022 il-lista ta’ stennija għandha tkun inqas minn 800 persuna bil-Ministru Galdes jisħaq li d-direzzjoni tal-Gvern f’dan il-qasam għandha l-għan li teqred il-lista għal dejjem. 

Dawn l-allokazzjonijiet qed isiru skont il-politika ta’ allokazzjoni li tħabbret mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorità tad-Djar lura f’Awissu li għadda. Politika li se tassigura li l-iStat jgħin lil min jeħtieġ bl-akbar għajnuna possibbli sakemm jeħtieġ. 

“Kif il-housing soċjali tas-snin 70 u 80 kien l-istaffa li fuqha telgħat il-ġenerazzjoni li bniet Malta ta’ llum, dan il-housing soċjali se jkun l-istaffa li fuqu tikber il-ġenerazzjoni Maltija li jmiss,” qal il-Ministru Roderick Galdes. 

Il-Ministru sostna li l-isfida li kien fdat biha fl-2017 f’dan is-settur kienet iebsa, imma flimkien mal-Awtorità tad-Djar ġiet imwieġba għaliha bix-xogħol u bl-impenn soċjali. 

“Nemmen li hekk għandu jitmexxa l-qasam soċjali, bit-trasparenza u bl-aktar mod sensittiv għall-bżonnijiet li jeżistu madwarna,” temm jgħid il-Ministru Galdes. 

Preżenti għall-attività kien hemm ukoll Leonid McKay, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar fejn stqarr li “Ġrejna wara kull ċavetta”. Hu kompla jgħid li b’hekk biss stajna nibdew nindirizzaw il-waiting list ta’ dawk li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva. B’sodisfazzjon qal li grazzi għall-inizjattivi differenti stajna nnaqsu n-numru ta’ dawk li qed iħabbtu l-bieb tal-Awtorità tad-Djar sew aktar minn nofs ta’ dak li kienet erba’ snin ilu. 

Is-Sur McKay emfasizza ħafna fuq il-proċess amministrattiv tal-allokazzjonijiet. Hu qal li “għaddejna lill-applikanti minn għarbiel amministrattiv dejjaq mhux ħażin” sabiex jiġi assigurat li min qed jiġi allokat unit ġdid ikun verament fil-bżonn. Is-Sur McKay għalaq billi ta rendikont tal-politika ġdida ta’ allokazzjoni fejn emfasizza li minn Jannar li ġej kull kuntratt ġdid ser jibqa’ kuntratt ta’ kera u ma jinbiegħx. Hu żied ukoll li lanqas mhu ħa jibqgħu jingħataw postijiet b’kirja daqs li kieku hemm xi ċens perpetwu.

Sport