Tuesday, December 24, 2024

Ippreżentat l-istudju dwar il-cash rebate fl-industrija tal-films lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ppreżenta r-rapport dwar il-cash rebate fl-industrija tal-films lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali sabiex ikun inkluż fl-investigazzjoni li għaddejja bħalissa li tittratta dan is-suġġett.

Il-Ministru Bartolo saħaq li qiegħed jieħu l-pariri legali neċessarji sabiex fil-jiem li ġejjin ikun pubblikat dan l-istudju b’mod redatt sabiex tkun rispettata l-kunfidenzjalità u ma jtellfux mill-kompetittività ta’ pajjiżna.

Huwa tenna jfakkar li r-riżultat li ħareġ minn dan l-istudju juri li għal kull €1 li tkun investita f’cash rebate, qiegħed ikun iġġenerat €3 fl-ekonomija Maltija.

Ekonomija

Sport