Saturday, December 21, 2024

Ippreżentati l-badges tal-FIFA lil referees lokali

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tar-Refereeing fi ħdan il-Malta FA approfitta mill-weekend mingħajr azzjoni domestika biex sejjaħ lill-uffiċjali kollha għal seminar bi skop u ħarsa ġenerali fil-fond tal-kwistjonijiet s’issa relatati mal-wirjiet minn uffiċjali tal-logħba u qabel tmiem l-istaġun ferm impenjattiv u mimli avvenimenti.

Dan l-avveniment li sar fi tmiem il-ġimgħa inkluda wkoll il-preżentazzjoni tal-FIFA Badges mill-president tal-Malta FA Bjorn Vassallo fil-preżenza tal-ogħla uffiċjali oħra, is-Segretarju Ġenerali Dr Angelo Chetcuti, il-viċi-presidenti Dr Matthew Paris u Adrian Casha, id-Direttur tad-Dipartiment tar-Referees Alan Mario Sant u s-segretarju tal-bord tar-referees Josef Mifsud.

L-erba’ Referees tal-FIFA li rċevew il-badge tagħhom kienu kkonfermati mis-sena ta’ qabel. Dawn huma Ishmael Barbara, Matthew DeGabriele, Philip Farrugia u Trustin Farrugia Cann.

It-tmien Assistant Referees tal-FIFA wkoll baqgħu ma nbidlux. Dawn huma Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana u Roberto Vella.

Żewġ Referees tal-FIFA Futsal, Clint Cassar u Stephen Vella, flimkien ma’ tliet Referees tal-FIFA Beach Soccer, Pierre Bonnici, Stefania Bonnici u Andrea Naudi ukoll ġew ikkonfermati.

Qabel il-preżentazzjoni tal-badges tal-FIFA il-president tal-Malta FA Bjorn Vassallo faħħar il-kisbiet mill-uffiċjali tal-logħba matul l-aħħar xhur.

“Domestikament hemm lok għal titjib iżda l-ġudizzju ġenerali huwa wieħed pożittiv.”

Vassallo bagħat ukoll l-isbaħ xewqat tiegħu lill-uffiċjali kollha tal-partita qabel dan it-tmiem tal-istaġun li jolqot l-għajn li qed jiżvolġi b’partiti eċċitanti li huma skedati fil-ġimgħat li ġejjin wara din it-tieqa internazzjonali.

Il-president tal-MFA faħħar ukoll is-17-il uffiċjal li rċevew il-badges tagħhom u li żgur se jservu ta’ mudell u ta’ ispirazzjoni għall-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ referees u assistenti li se jkunu qed jikkompetu biex isegwu dawn il-passi u jiġu ppremjati għall-kisbiet tagħhom fis-snin li ġejjin. .

“L-ammont dejjem akbar ta’ ħatriet internazzjonali fix-xhur ta’ qabel huwa xhieda oħra tal-ħidma li qed issir fid-dipartiment tar-referees,” temm jgħid il-president tal-MFA, Vassallo.

Fl-aħħar, ta’ min isemmi t-tragward eċċezzjonali tal-Assistent Referee Alan Camilleri għall-20 Badge ta’ Assistant Referee tal-FIFA hekk kif ilu fuq il-Lista Internazzjonali mill-2003.

Ekonomija

Sport