Tuesday, December 9, 2025

Ipprova ‘jaqbeż’ is-sigurtà tal-Ajruport għax l-bagalja tiegħu qabżet il-limitu tal-piż

Aqra wkoll

Raġel ta’ 36 sena mill-Ghana ammetta li pprova “jaqbeż” is-sigurtà tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li ma tħalliex jitla’ fuq titjira minħabba li l-bagalja tiegħu qabżet il-limitu tal-piż. 

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt li r-raġel kien waqaf kien waqaf fil-gate tat-tluq nhar il-Ħadd waqt li kien qed jipprova jitla’ fuq titjira lejn Treviso, fl-Italja.

L-imputat injora l-istruzzjonijiet tal-impjegati tal-ajruport u pprova jgħaddi bil-forza biex jitla’ fuq l-ajruplan. Hu ġie mwaqqaf fuq il-post u spiċċa arrestat. Meta ttieħed l-għassa, il-Pulizija sabu li kien liebes “ħafna saffi” ta’ ħwejjeġ, probabbilment biex inaqqas il-piż tal-bagalja.

F’ħin minnhom waqt is-seduta, l-imputat għolla l-ġakketta tat-tracksuit biex juri top ieħor taħtha, kif ukoll jeans taħt il-qalziet tiegħu. 

Wara li ammetta l-akkużi, il-Qorti lliberatu bil-kundizzjoni li ma jikkommettiex reat ieħor għall-perjodu ta’ sentejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport