Tuesday, January 6, 2026

Ipprova jsalva żewġ persuni u spiċċa tilef ħajtu hu

Aqra wkoll

Mark Ratcliffe ta’ 67 sena tilef ħajtu traġikament fit-2 ta’ Jannar li għadda meta pprova jsalva żewġ persuni li kienu fil-baħar f’Withernsea fir-Renju Unit.

“Miet ta’ eroj. Kellu qalb tad-deheb li miet biex ipprova jsalva lil ħaddieħor,” kitbu persuni qrib Ratcliffe fuq il-midja soċjali.

L-Awtoritajiet Ingliżi sabu wkoll il-katavru ta’ mara ta’ 45 sena li Ratcliffe pprova jsalva. S’issa għadhom qegħdin jipprovaw isibu lill-persuna l-oħra li għadha rraportata nieqsa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport