Thursday, December 25, 2025

Ipprova jweġġa’ gravi raġel ieħor b’magna li taqta’ l-kartonċin

Aqra wkoll

Steven Azzopardi ta’ 39 sena, residenti l-Għargħur ingħata sentenza sospiża hekk kif ammetta li ħebb għal raġel ieħor. Hu ammetta wkoll li pprova jweġġgħu gravi b’magna li taqta’ l-kartonċin.

Quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco, Azzopardi ġie mixli wkoll li kkawżalu ġrieħi ħfief u kiser l-ordni u l-paċi pubblika.

Min-naħa tagħha d-difiża argumentat li l-akkużat ġie provokat. 

Il-Maġistrat Lara Lanfranco wara li semgħet l-ammissjoni tal-imputat stess ikkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u imponiet ordni ta’ trażżin għal 3 snin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport